Is-sejħa għall-applikazzjoni tal-programm Water Champion hija magħluqa. Għal kull informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja Freephone – 8007 2337 jew ibgħat email fuq [email protected]
X’inhu l-proġett Water Champion?
Kun af aktar informazzjoni
Il-Kampanja Nazzjonali dwar il-Konservazzjoni tal-Ilma ser tkun qed tinvesti fit-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma f’diversi djar bil-għan li timmotiva tnaqqis ġenerali li jista’ jitkejjel fid-domanda annwali tal-ilma u biex jiġu stabbiliti punti ta’ referenza nazzjonali fl-użu effiċjenti tal-ilma.
Uffiċjali tekniċi minn din il-Kampanja Nazzjonali se jżuru d-dar tiegħek, jevalwaw il-konsum tal-ilma tiegħek u jiddiskutu miegħek miżuri li jistgħu jittieħdu biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-ilma. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu s-sostituzzjoni ta’ punti ta’ użu jew apparat għall-użu tal-ilma, kif ukoll miżuri iktar evidenti bħal-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni ta’ ċisterni jew is-sostituzzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma difettużi. Il-kampanja se tiffinanzja bis-sħiħ l-implimentazzjoni ta’ sett ta’ miżuri miftiehma biex b’hekk id-dar tiegħek tkun aktar effiċjenti fl-użu tal-ilma.
Bħala parti minn dan il-proċess tkun mitlub tagħti aċċess lill-Uffiċjali Tekniċi tal-Kampanja għad-dejta tal-konsum tal-ilma u tal-enerġija tiegħek sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw, jaħdmu l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma tiegħek kif ukoll jagħtuk parir dwar l-iffrankar finanzjarju li tkun qed tagħmel.