Jekk ix-xogħlijiet meħtieġa huma vijabbli, isir ftehim li jorbot lill-applikant b’dawn:
Responsabbiltà għall-installazzjoni li ssir fl-uffiċini tiegħek għas-sentejn li ġejjin.
Aċċess għall-informazzjoni dwar il-konsum tal-ilma u dawl relatat mal-aħħar 24 xahar u l-24 xahar ta’ wara minn meta titlesta l-installazzjoni.
Din l-informazzjoni se tkun aċċessibbli mill-kuntratturi varji inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll tista’ tintuża kemm għar-riklamar u għall-iżvilupp ta’ informazzjoni.
Permess li jittieħdu ritratti u jinġibdu filmati tal-installazzjoni li hemm bżonn għall-fini ta’ awditjar.
Tingħata testimonjanza dwar dan l-intervent, flimkien ma’ ritratti u filmati, li jintużaw waqt il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma.
Ninkariga rappreżentant jew lili nnifsi għal żjarat regolari minn rappreżentant tal-proġett għall-awditajar, monitoraġġ kif ukoll għall-implimentazzjoni tax-xogħlijiet.
Nipprovdi lir-rappreżentant tal-proġett b’informazzjoni relatata ma’ tibdil fid-dar, li jinkludu dawk ta’ mġiba kif ukoll strutturali.
Applikanti jridu jaqblu li juru tabella ta’ informazzjoni mas-sit dwar id-dettalji tax-xogħlijiet li jkunu saru.
Jekk ix-xogħlijiet meħtieġa huma vijabbli, isir ftehim li jorbot lill-applikant b’dawn:
Responsabbiltà għall-installazzjoni li ssir fir-razzett/għalqa tiegħi għas-sentejn li ġejjin
Aċċess għall-informazzjoni tal-konsum tal-ilma u dawl relatat mal-aħħar 24 xahar u l-24 xahar ta’ wara li titlesta l-installazzjoni. Din l-informazzjoni se tkun aċċessibbli wkoll mill-kuntratturi varji inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll tista’ tintuża kemm għar-riklamar u żvilupp ta’ informazzjoni
Permess għal teħid ta’ ritratti u filmati tal-installazzjoni li hemm bżonn għall-fini ta’ awditjar.
Tingħata testimonjanza dwar dan l-intervent, flimkien ma’ ritratti u filmati, li jintużaw waqt il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma.
Preżenza (mis-sid jew rappreżentant) waqt żjarat regolari minn rappreżentant tal-proġett għall-awditjar, monitoraġġ kif ukoll għall-implimentazzjoni tax-xogħlijiet.
Nipprovdi lir-rappreżentant tal-proġett b’informazzjoni relatata ma’ tibdil fir-razzett/għalqa, li jinkludu dawk ta’ imġiba kif ukoll strutturali.
Naqbel li nuri tabella ta’ informazzjoni fuq is-sit dwar id-dettalji tax-xogħlijiet li jkunu saru.
Naċċetta żjarat organizzati għal skop ta’ disseminazzjoni u edukattivi.
Jekk ix-xogħlijiet meħtieġa huma vijabbli, isir ftehim li jorbot lill-applikant b’dawn:
Responsabbiltà għall-installazzjoni li ssir fid-dar tiegħek għas-sentejn li ġejjin
Aċċess għall-informazzjoni tal-konsum tal-ilma u dawl relatat mal-aħħar 24 xahar u l-24 xahar ta’ wara li titlesta l-installazzjoni. Din l-informazzjoni se tkun qed tinqasam mal-kuntratturi varji inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll tista’ tintuża kemm għar-riklamar żvilupp ta’ informazzjoni.
Permess ta’ teħid ta’ ritratti u filmati tal-installazzjoni li hemm bżonn, għal fini ta’ awditjar.
Testimonjanza dwar dan l-intervent, flimkien ma’ ritratti u filmati, li jintużaw waqt il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma.
Preżenza (mis-sid jew rappreżentant) waqt żjarat regolari minn rappreżentant tal-proġett għall-awditjar, monitoraġġ kif ukoll għall-implimentazzjoni tax-xogħlijiet.
Komunikazzjoni mar-rappreżentant tal-proġett dwar żviluppi relatati ma’ tibdil fid-dar, li jinkludu dawk ta’ imġiba kif ukoll strutturali.